Id-Don u l-Pedagogija tal-Fidi
P. Raymond Gatt O.P.

Is-Sena tal-Fidi bdiet permezz tal-Papa emeritu Benedittu XVI fil-11 t’Ottubru 2012 u ser taghlaq taht il-Papa l-gdid Frangisku I fil-festa ta’ Kristu Sultan fl-24 ta’ Novembru 2013. Benedittu XVI kien hass il-bzonn li bhala Knisja mxerrda fid-dinja kollha nergghu mmorru lejn l-gheruq taghna li hija d-don tal-Fidi. Huwa kiteb: ‘Il-‘bieb tal-Fidi’ (Atti 14:27) hu dejjem miftuh ghalina biex iwassalna ghall-hajja ta’ komunjoni m’Alla u joffrilna d-dahla fil-Knisja tieghu. Nidhlu minn dak il-bieb ifisser li nibdew vjagg li jdum hajjitna kollha’ (Porta Fidei 1).
Mela s-Sena tal-Fidi trid tkun sena fejn irridu nahsbu fuq dan il-‘vjagg’, li kull wiehed u wahda minna qed naghmlu lejn il-Mulej mhux biss individwalment imma wkoll bhala Knisja ghax ahna lkoll mexjin flimkien. Filfatt il-Papa emeritu jkompli jghid: ‘Il-Knisja kollha kemm hi u r-Rghajja kollha taghha, bhal Kristu, trid taghmel hilitha biex tmexxi ‘l poplu barra mid-dezert u twasslu lejn il-post tal-hajja, lejn il-hbiberija mal-Iben t’Alla, lejn Dak li jaghti l-hajja u jaghtiha b’abbundanza’ (PF 2).
F’din is-Sena tal-Fidi, Benedittu XVI tana l-Ittra Appostolika Porta Fidei biex tkun ta’ ghajnuna ghalina f’din is-sena fir-riflessjoni taghna fuq id-don tal-Fidi f’hajjitna. Din l-ezortazzjoni Appostolika tfakkar il-50 sena mill-ftuh tal-Koncilju Vatikan II u l-20 sena mill-pubblikazzjoni tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika. Il-Papa emeritu jikteb: ‘Tistqarr il-fidi fit-Trinita’ – Missier, Iben u Spirtu s-Santu – ifisser li temmen f’Alla wiehed li Hu Mhabba’ (I Gw 4:8). Benedittu XVI mal-ewwel imur f’ras il-ghajn tal-Kredu li ahna nistqarru: kollox jibda mit-Trinita’ Qaddisa u kollox irid jirritorna lejha.
Dan hu l-vjagg tal-Fidi li kull nisrani jrid jaghmel matul il-hajja tieghu. Il-Fidi mhijiex xi haga statika u passiva imma hija xi haga dinamika u attiva lejn Alla li hu l-ghajn li lejh kull mahluq irid jasal. Fl-Evangelju Gesu’ jurina li l-iskop ta’ kollox huwa l-Missier li lejh kollox huwa miexi biex isib il-milja tieghu fih. Illum iktar minn qatt qabel hemm bzonn li kull nisrani fil-Knisja jghix il-fidi tieghu ‘minhabba krizi profonda ta’ fidi li affetwat lil hafna nies’ (PF 2). Din il-krizi qed tinhass fid-dinja kollha anki f’pajjizna. Il-valuri tas-socjeta’ m’ghadhomx il-valuri evangelici u ghalhekk dan jitlob impenn izjed qawwi mill-insara Ii jkunu ‘melh tal-art u dawl tad-dinja’ (Mt 5:13-16). Ghalhekk il-Papa emeritu jheggigna biex ‘niskopru mill-gdid it-toghma tal-Kelma t’Alla’ (PF 3). Irridu nmantnu ruhna bil-Kelma, irridu niehdu kull okkazjoni biex nisimghu l-Kelma ghax kif jghid S.Pawl, ‘il-fidi tigi mis-smigh tal-Kelma’. Kif anki kitbilna l-Papa Benedittu fl-Ezortazzjoni Appostolika ‘Verbum Domini’ il-hajja nisranija trid tkun mibnija u mghixa fuq il-Kelma t’Alla li hi persuna, Sidna Gesu’ Kristu. Ir-religjon taghna mhijiex religjon tal-ktieb imma ta’ persuna, Gesu’ Kristu.
Il-Kelma t’Alla twassalna ghal pass iehor kif ighid Gesu’ stess: ‘L-opra t’Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa baghat’ (Gw 6:29). ‘Mela, t-twemmin taghna f’Gesu’ Kristu hi t-triq li zgur twassalna ghas-salvazzjoni’ (PF 3). F’din is-Sena tal-Fidi, Gesu’ ser jitlob minna l-Fidi. Hija sena ta’ riflessjoni u skoperta’ mill-gdid tal-fidi taghna. Fl-Evangelji lil Gesu’ diversi drabi nsibuh jitlob il-fidi min-nies ta’ madwaru specjalment fil-mirakli li hu wettaq. Fil-mirakli Gesu’ jissoponi l-fidi: waqt il-miraklu ta’ dak il-miflug li nizluh mis-saqaf, fil-mara li kellha marda li tnixxi d-demm, fil-mara kananea, fl-appostli fil-maltempata u huwa jfahhar lic-centurjun ruman li kellu fidi kbira. Huwa jitkellem fuq il-fidi li mqar jekk tkun zghira daqs zerriegha tas-senapa taghmel affarijiet kbar. Gesu’ jcanfar lil Pietru u lil Tumas minhabba n-nuqqas ta’ fidi fih. Gesu’ jfahhar lil dawk in-nies li ma rawhx imma emmnu li huwa Haj.
Gesu’ waqqaf il-Knisja u qieghed jiehu hsiebha biex tkun strument ta’ fidi fid-dinja. Dan il-Knisja taghmlu: bix-xhieda ta’ dawk li jaghtu b’hajjithom dawk li jemmnu (PF 6); bil-konverzjoni ta’ kuljum (PF 6); permezz tal-imhabba ta’ Kristu li timla lil qalbna u tqanqalna biex nevangelizzaw (PF 7); fit-tkomplija tat-tiftix taghna tal-istess Fidi (PF 7). Kull nisrani huwa mistieden ghal dan l-impenn fis-socjeta’ u fil-Knisja. Iktar ma tkun qawwija l-fidi iktar ser inhallu marka fil-qlub tan-nies. Kif ighid il-Papa emeritu: ‘Kull min jemmen ghandu jiskopri mill-gdid il-kontenut tal-fidi li ‘jistqarr; jiccelebra; jghix; u jitlob’ (PF 9). Skont Benedittu ‘dan hu l-impenn li kull min jemmen irid jaghmel tieghu, specjalment f’din is-Sena’ (PF 9).
Fr.Raymond Gatt serves as the prior at Saint Dominic's priory in Rabat. He is a graduate from Toulouse and is the Secretary of the 'Coetus Professorum'.

Il-Fidi mhijiex xi haga statika u passiva imma hija xi haga dinamika u attiva lejn Alla li hu l-ghajn li lejh kull mahluq irid jasal.
Raymond Gatt O.P.
