Il-Fidi fi Kristu
P. Ugo Cremona O.P.

Li kelli nistaqsik “inti f’hix temmen?”, aktarx li t-twegiba tiegħek tkun li tgħidli l-Kredu. X’jigifieri? Jekk inti kattoliku u l-aktar jekk inti kattoliku prattikanti, aktarx li tgħidli: “jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, fl-Iben li twieled minn Marija Verġni bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u fl-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja”. Hekkhu, mingħajr ma taf inti wegibtni billi semmejtli l-aktar twemmin fundamentali fejn jidħol il-kattoliċiżmu. Semmejtli t-Trinita’ Mqaddsa. U verament mingħajr l-istqarrija ta’ din id-duttrina l-fidi hija vojta.
Imma kieku għidtli biss “jien nemmen f’Ġesù Kristu”, xorta kont tkun timplika li temmen fil-Missier tas-sema, ladarba Ġesù hu l-Iben ta’ Alla, u wkoll fl-Ispirtu s-Santu,
L-Appostli, wara l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, kienu jaqbdu u jagħmmdu lil min kien jistqarr biss li “Ġesù hu l-Mulej”, għax din l-istqarrija kienet suffiċjenti biex wiehed juri li ghandu twemmin bizzejjed ħalli jikkommetti ruhu li jimxi wara Ġesù.
Biss jekk tinnota, din l-istqarrija hija stqarrija dwar id-duttrina, jew ahjar t-tagħlim dwar Ġesù. Imma hemm xi ħaga importanti daqsha meta titkellem fuq Ġesù. Din timplika fidi, jew ahjar fiducja f’Ġesù personalment minħabba li inti tagħrfu bhala tassew is-Sid u s-Salvatur uniku ta’ hajtek.
Għaldaqstant tkun temmen verament f’Ġesù jekk taghrfu bħala dak li Hu, l-Iben t’Alla l-ħaj, u tafdah billi tiddedika u tafda hajtek f’idejH. Disgrazzjament ħafna nsara jaslu biss biex jistqarru li Ġesù huwa tassew l-Iben t’Alla l-ħaj, imma ma jaslu qatt biex jafdawh billi jagħtuh lilhom infushom u jħallu l-pjan tiegħu għalihom jitwettaq f’ħajjithom. Ġesù jrid ikun is-Sid uniku ta’ ħajtek, biex imexxik lejn il-mergħat ta’ dejjem, għaliex Hu biss jaf x’inhu l-veru ġid tiegħek. Inti lest li tafda ħajtek f’idejH, li tagħmel biss ir-rieda tiegħu matul hajtek kollha fuq din l-art? Tibżax tħalli ħajtek f’idejH!
Fr.Ugo Cremona is a Dominican friar with years of experience in spirituality. He is also one of Malta's exorcists. Cremona is well-known for his contribution to the Church in Malta after Vatican Council II

...tkun temmen verament f’Ġesù jekk taghrfu bħala dak li Hu, l-Iben t’Alla l-ħaj, u tafdah billi tiddedika u tafda hajtek f’idejH.
Ugo Cremona O.P.
